110 applicants for the role of Artistic Director of the Malta Biennale

Preparations for the third edition of the Malta Biennale‭ ‬—‭ ‬an international contemporary art festival‭ ‬—‭ ‬began in recent weeks with the call for applications for the role of Artistic Director‭. ‬The call closed on 25‭ ‬September‭, ‬attracting a total of 110‭ ‬applications from 48‭ ‬different countries‭, ‬including Malta‭.‬

The applicants include internationally renowned curators with extensive experience presenting contemporary art around the world‭.‬‭ ‬This figure marks a significant increase on the previous edition of the Malta Biennale‭, ‬held between March and May of this year‭, ‬which received 32‭ ‬applications‭. ‬Applications have thus risen by approximately 300%‭.‬

This strong response speaks to the standing the Malta Biennale has earned since its inception‭. ‬Over the course of its first two‭ ‬editions‭, ‬Malta has frequently been singled out by global magazines and newspapers as an ideal destination during the Biennale‭. ‬With the call now closed‭, ‬the Malta Biennale Foundation has immediately begun evaluating candidates for the role of Artistic Director‭. ‬The selection will also determine the Biennale›s theme‭, ‬which in turn will shape the event›s objectives‭, ‬the calls for artists‭, ‬the pavilions‭, ‬and the associated activities‭.‬

The third edition of the Malta Biennale will take place between March and May 2028‭ ‬at various historic sites and museums managed‭ ‬by Heritage Malta across Malta and Gozo‭.‬

Verżjoni bil-Malti

110‭ ‬Applikanti għar-rwol ta’‭ ‬Direttur Artistiku tal-Malta Biennale 2028

Fil‭-‬ġimgħat li għaddew‭, ‬bdew it-tħejjijiet għat-tielet edizzjoni tal-Malta Biennale‭ ‬—‭ ‬festival internazzjonali tal-arti kontemporanja‭ ‬—‭ ‬b’sejħa għal Direttur Artistiku‭. ‬Is-sejħa ngħalqet nhar il-25‭ ‬ta’‭ ‬Settembru‭, ‬u b’kollox daħlu 110‭ ‬applikazzjonijiet minn 48‭ ‬pajjiż‭ ‬differenti‭, ‬fosthom Malta‭.‬

 

Fost l-applikanti hemm kuraturi ta’‭ ‬fama internazzjonali‭, ‬b’esperjenza estensiva fil-wiri ta’‭ ‬arti kontemporanja madwar id-dinja‭. ‬Dan in-numru ta’‭ ‬applikanti juri‭ ‬żieda sinifikanti min-numru ta’‭ ‬applikanti għat-tieni edizzjoni tal-Malta Biennale‭, ‬li saret bejn Marzu u Mejju ta’‭ ‬din is-sena‭. ‬Għal dik is-sejħa kienu applikaw 32‭ ‬persuna‭. ‬Għaldaqstant‭, ‬f’din l-edizzjoni‭, ‬rajna‭ ‬żieda ta’‭ ‬madwar 300%‭. ‬

 

Dan ir-rispons qawwi jkompli jixhed li l-Malta Biennale‭, ‬minkejja li għadu fil-bidu tiegħu‭, ‬diġà rnexxielu jikseb reputazzjoni tajba internazzjonalment‭. ‬Fl-aħħar‭ ‬żewġ‭ ‬edizzjonijiet‭, ‬Malta ssemmiet diversi drabi minn rivisti u‭ ‬ġurnali dinjin bħala destinazzjoni ideali fi‭ ‬żmien il-Malta Biennale‭.‬

 

Malli għalqet is-sejħa‭, ‬il-Fondazzjoni għall-Malta Biennale bdiet mill-ewwel tevalwa l-applikazzjonijiet għar-rwol ta’‭ ‬Direttur Artistiku‭. ‬Din l-għażla se tiddetermina wkoll it-tema tal-Biennale‭, ‬biex imbagħad‭, ‬abbażi tagħha‭, ‬joħorġu s-sejħiet internazzjonali għall-artisti‭, ‬il-padiljuni‭, ‬u l-attivitajiet abbinati mal-Biennale‭.‬

 

It-tielet edizzjoni tal-Malta Biennale se ssir bejn Marzu u Mejju 2028‭, ‬f’għadd ta’‭ ‬siti storiċi u mużewijiet imħarsin minn Heritage Malta madwar Malta u Għawdex‭.‬