Art for Social Justice
Location and Working Hours
MUŻAArt for Social Justice
Target Audience: Children 8+
Category: Family Activity
Price: €10
As part of the run-up to the Malta Art Biennale 2026, students aged 8+ are cordially invited to the hands-on event ‘Art for Social Justice’ on the 10th of January 2026, between 3pm and 4.30pm at MUŻA, Valletta.
This session will be dedicated to positive protest inspired by art. This is the practice of focusing on the solution rather than simply highlighting the problem.
Participants will first be shown around MUŻA during a short tour focusing on ‘Art with a message’ and politics in art. The second part of the event will consist of a thought exercise on what contemporary art can speak about today.
The educator will be showing images of artworks from this century and the last as prompts to start a discussion on whether the subject matter of these artworks is relevant today and, if not, how the young participants would change them to make them effective today.
Students will then be invited to make their own artwork related to a topic of their choice, within the remit of social justice and protest art, on the canvas boards provided. They will be encouraged to use styles and techniques seen in the artworks presented earlier by the educator.
Tickets (each including admission for one accompanying adult) are available here and from all Heritage Malta museums and sites.
L-Arti għall-Ġustizzja Soċjali
Bħala parti mit-tħejjijiet għall-Biennale tal-Arti ta’ Malta 2026, studenti minn tmien snin ’il fuq huma mistiedna jieħdu sehem fl-attività prattika ‘L-Arti għall-Ġustizzja Soċjali’ fl-10 ta’ Jannar 2026, bejn it-3.00pm u l-4.30pm f’MUŻA, il-Belt Valletta.
Din is-sessjoni se tkun iddedikata għall-protesta pożittiva mnebbħa mill-arti, jiġifieri l-prattika li tiffoka fuq is-soluzzjoni aktar milli sempliċiment tenfasizza l-problema.
L-ewwel parti tal-attività se tinkludi żjara qasira f’MUŻA, b’enfasi fuq ‘arti b’messaġġ’ u r-rabta bejn l-arti u l-politika. Fit-tieni parti tal-attività, il-parteċipanti se jieħdu sehem f’eżerċizzju ta’ riflessjoni dwar dak li tista’ titkellem fuqu l-arti kontemporanja llum.
L-edukatur se juri stampi ta’ xogħlijiet artistiċi minn dan is-seklu u mis-seklu li għadda, sabiex jinbeda dibattitu dwar jekk is-suġġetti ta’ dawn ix-xogħlijiet humiex rilevanti llum u, jekk le, kif il-parteċipanti żgħażagħ jistgħu jbiddluhom biex isiru aktar effettivi fil-kuntest tal-lum.
Wara, l-istudenti se jkunu mistiedna joħolqu xogħol artistiku tagħhom stess dwar suġġett tal-għażla tagħhom, fil-qafas tal-ġustizzja soċjali u l-arti ta’ protesta, fuq it-tila pprovduta. Huma se jkunu mħeġġa jużaw stili u tekniki li jkunu raw fix-xogħlijiet ippreżentati qabel mill-edukatur.
Il-biljetti (li jinkludu d-dħul ta’ adult wieħed għal kull tifel jew tifla) jistgħu jinxtraw minn www.heritagemalta.mt/store u minn kull mużew u sit ta’ Heritage Malta.



