What is Contemporary Art?
Location and Working Hours
MUŻAWhat is Contemporary Art?
Target Audience: Families
Category: Family Activity
Price: €10
In this hands-on workshop, children are invited to use photographs of the museum and nearby public spaces to design an installation or artwork created specifically for that location. The session starts with an interactive gallery tour, where participants are encouraged to look closely, ask questions, and share their own ideas about modern and contemporary artworks. Rather than being given explanations, children explore the artworks through guided discussion and curiosity, making the experience active and engaging. The workshop also introduces images of contemporary art, highlighting how artists use unexpected materials, objects, and techniques to communicate ideas. Children are encouraged to choose a topic that inspires them and imagine how they would bring it to life as their own contemporary artwork.
X’inhi l-arti kontemporanja?
F’dan il-workshop prattiku, it-tfal huma mistiedna jużaw ritratti tal-mużew u ta’ spazji pubbliċi fil-qrib biex jiddisinjaw installazzjoni jew xogħol artistiku maħluq apposta għal dak il-post. Is-sessjoni tibda bi żjara interattiva fil-galleriji, fejn il-parteċipanti jkunu mħeġġa josservaw mill-qrib, jistaqsu mistoqsijiet u jaqsmu l-ideat tagħhom dwar xogħlijiet tal-arti moderna u kontemporanja. Minflok ma jingħataw spjegazzjonijiet diretti, it-tfal se jesploraw ix-xogħlijiet artistiċi permezz ta’ diskussjoni gwidata u permezz tal-kurżità, u b’hekk l-esperjenza ssir aktar intriganti.
Il-workshop jintroduċi wkoll ritratti ta’ arti kontemporanja, u jenfasizza kif l-artisti jużaw materjali, oġġetti u tekniki mhux mistennija biex iwasslu l-ideat tagħhom. It-tfal huma mħeġġa jagħżlu suġġett li jispirahom u jimmaġinaw kif jistgħu jagħtuh il-ħajja bħala xogħol artistiku kontemporanju tagħhom stess.



