Cut Papers

11. Mar 18. Mar. 2026 5:00pm till 5:40pm

Cut Papers

Category: Live event and Performance
Location: Grandmaster’s Palace, Valletta (Main Staircase)

 

Cut Papers
Sachiko Abe will present Cut Papers at the Main Staircase of the Grandmaster’s Palace daily, from 11th to 18th March. The work is composed of a sustained act in which the artist continuously cuts paper in silence.

Although Cut Papers began as a formal project in New York in 2003, Abe had been cutting paper daily since around 1995, before deciding to become an artist. While cutting, she reflects on the events and thoughts of the day. Through the movement of her hands, thoughts that accumulate within her are temporarily ordered and released. The paper becomes a physical trace of passing time and inner response.

This installation incorporates approximately 100,000 sheets of paper that have been cut and accumulated daily since 2003, making visible the long duration of this practice. Live performances take place each day from 5:00 pm to 5:40 pm. At other times, a video of the work will be screened. Within the historic architectural setting, the quiet repetition invites viewers to encounter time, thought, and presence in a concentrated form.

Attendance to this event requires a valid Heritage Malta ticket of admission. Heritage Malta Members as well as Student and Senior Passport holders enter for free.

 

Sachiko Abe (b, 1975)
Is a Japanese artist whose practice spans performance, drawing, film, and installation. Since 1995 she has cut paper daily, initiating the performance project Cut Papers in 2003. Her work explores time, discipline, and embodied concentration and has been presented in 23 cities across 11 countries.

 

Cut Papers
Sachiko Abe se tippreżenta Karti Maqtugħin fit-Taraġ Prinċipali tal-Palazz tal-Gran Mastru kuljum, mill-11 sat-18 ta’ Marzu. Ix-xogħol huwa magħmul minn att sostnut fejn l-artista kontinwament se tkun qed taqta’ l-karti fis-skiet.

Għalkemm Karti Maqtugħin beda bħala proġett formali fi New York fl-2003, Abe kienet ilha taqta’ l-karti kuljum minn madwar l-1995, qabel ma ddeċidiet li ssir artista. Waqt li tkun qed taqta’, hija tirrifletti fuq il-ġrajjiet u l-ħsibijiet tal-ġurnata. Permezz tal-moviment ta’ jdejha, ​​il-ħsibijiet li jakkumulaw fiha jiġu ordnati u rilaxxati temporanjament. Il-karta ssir traċċa fiżika taż-żmien għaddej u tar-rispons intern.  

Din l-installazzjoni tinkorpora madwar 100,000 folja tal-karti li nqatgħu u nġabru kuljum mill-2003, u b’hekk tagħmel viżibbli t-tul ta’ żmien twil ta’ din il-prattika. Wirjiet diretti jsiru kuljum mill-5:00 pm sas-5:40 pm. F’ħinijiet oħra, se jintwera filmat tax-xogħol. Fi ħdan l-ambjent arkitettoniku storiku, ir-ripetizzjoni kwieta tistieden lill-viżitaturi biex jiltaqgħu maż-żmien, mal-ħsieb, u mal-preżenza f’forma kkonċentrata.

L-attendenza għal dan l-avveniment teħtieġ biljett validu ta’ dħul ta’ Heritage Malta. Membri ta’ Heritage Malta, u dawk li għandhom il-Passaport tal-Istudenti jew il-Passaport tal-Kbar ta’ Heritage Malta, jidħlu bla ħlas.

 

Sachiko Abe (Imwielda fl-1975)
hija artista Ġappuniża li l-prattika tagħha tinkludi prestazzjoni, tpinġija, filmat, u installazzjoni. Mill-1995 qatgħet il-karti kuljum, u bdiet il-proġett ta’ prestazzjoni Karti Maqtugħin fl-2003. Ix-xogħol tagħha jesplora ż-żmien, id-dixxiplina, u l-konċentrazzjoni inkorporata, u ġie ppreżentat fi 23 belt madwar 11-il pajjiż.