Fake Newssss!
Location and Working Hours
MUŻA, VallettaFake Newssss!
Target Audience: Youths on the Autism Spectrum.
Category: Hands-on workshop
Price: Free
As part of the Malta Art Biennale 2026, youths are cordially invited to the hands-on event ‘Fake Newssss!’ happening at MUŻA, Valletta.
During this fun, interactive workshop where they become news detectives and learn how to spot real news from fake news. Through playful activities using silly and real headlines, kids explore what makes a story believable — and what gives it away as misleading.
An educator will introduce a simple, easy-to-remember checklist of questions children can use whenever they read or hear something online or in the media. Then, working in small groups, participants take part in a creative “News Collage Challenge” using drawings and cut-outs to show how information can be true, twisted, or completely made up.
The session also introduces contemporary artists who use media, information, and truth in their artwork, helping them understand how art can question and reflect the world around us. The workshop is designed to encourage critical thinking in a playful and age-appropriate way, giving youths useful skills they can use every day.
Aħbarijiet Foloz!
Bħala parti mill-Biennale tal-Arti ta’ Malta 2026, iż-żgħażagħ huma mistednin għall-attività prattika ‘Fake Newssss!’ li se ssir f’MUŻA, il-Belt Valletta. Matul dan il-workshop divertenti u interattiv, huma se jsiru investigaturi tal-aħbarijiet u jitgħallmu jiddistingwu bejn aħbarijiet veri u foloz. Permezz ta’ attivitajiet ħelwin fejn jinużaw titli umoristiċi u oħrajn veri, iż-żgħażagħ jesploraw x’inhu dak li jagħmel storja kredibbli – u x’inhu dak li jikxifha bħala qarrieqa.
Edukatur se jintroduċi lista ta’ mistoqsijiet sempliċi u faċli biex tiftakarhom, li ż-żgħażagħ jistgħu jużaw kull darba li jaqraw jew jisimgħu xi ħaġa online jew fil-midja. Wara, huma se jaħdmu fi gruppi żgħar u jieħdu sehem fi sfida kreattiva ta’ collage ta’ aħbarijiet, fejn jużaw tpinġijiet u forom maqtugħin biex juru kif l-informazzjoni tista’ tkun vera, mgħawġa, jew ivvintata għalkollox.
Is-sessjoni tintroduċi wkoll artisti kontemporanji li jużaw il-midja, l-informazzjoni u l-verità fix-xogħol tagħhom, u tgħin lill-parteċipanti jifhmu kif l-arti tista’ tistaqsi u tirrifletti dwar id-dinja ta’ madwarna. Il-workshop huwa mfassal biex jinkoraġġixxi l-ħsieb kritiku b’mod adattat għall-età tal-parteċipanti, u jagħti liż-żgħażagħ ħiliet siewja li jistgħu jużaw kuljum.



