Fake Newssss!
Location and Working Hours
MUŻAFake Newssss!
Target Audience: Families
Category: Family Activity
Price: €10
Children are invited to a hands-on workshop that helps them learn how to tell the difference between real and fake news. Through playful activities using silly and real headlines, children will explore what makes a story believable. The educator will introduce a simple checklist of questions students can use to spot misinformation. Working in groups, they will take part in a creative “News Collage Challenge,” using drawings and cut-outs to show how information can be true or misleading. The session encourages critical thinking in a fun, age-appropriate way that children can use in everyday life. The workshop also introduces how contemporary artists explore media, information, and truth through their work. Children will be encouraged to think about how art can question, comment on, and reflect the world we live in.
Aħbarijiet Foloz!
It-tfal huma mistiedna jieħdu sehem f’workshop prattiku li jgħinhom jitgħallmu kif jiddistingwu bejn aħbarijiet veri u oħrajn foloz. Permezz ta’ attivitajiet divertenti fejn jintużaw titli fittizji u reali, it-tfal se jesploraw x’inhu dak li jagħmel storja kredibbli. L-edukatur se jintroduċi lista sempliċi ta’ mistoqsijiet li l-istudenti jistgħu jużaw biex jidentifikaw informazzjoni qarrieqa.
Waqt li jaħdmu fi gruppi, it-tfal se jipparteċipaw fi sfida kreattiva msejħa “News Collage Challenge”, fejn jużaw tpinġijiet u qtugħ ta’ karti biex juru kif l-informazzjoni tista’ tkun vera jew qarrieqa. Is-sessjoni tħeġġeġ il-ħsieb kritiku b’mod divertenti u adattat għall-età tal-parteċipanti, li huma jistgħu jużawh fil-ħajja ta’ kuljum.
Il-workshop jintroduċi wkoll kif artisti kontemporanji jesploraw il-midja, l-informazzjoni u l-verità permezz tax-xogħol tagħhom. It-tfal se jkunu mħeġġa jaħsbu dwar kif l-arti tista’ tistaqsi, tikkummenta u tirrifletti d-dinja li ngħixu fiha.



