Generational Wishes
Location and Working Hours
Fort St Elmo, VallettaGenerational Wishes
Target Audience: Seniors
Category: Hands-on workshop
Price: Free
his workshop invites elderly participants to engage in an intergenerational dialogue by reflecting on the hopes, fears, and visions expressed by children in a previous School Program. Focusing on the theme of change, resilience, and aspirations for the future, the session encourages participants to connect their own life experiences with the concerns of younger generations.
The central activity, Generational Wishes, invites participants to create personal messages, through writing or drawing, expressing what they hope to see in the world and what advice or encouragement they would offer to the next generation. These wishes are collected to form part of an evolving, intergenerational display alongside the children’s protest signs, fostering a shared space for reflection, dialogue, and creative expression.
Xewqat il-Ġenerazzjonijiet
Dan il-workshop jistieden lil parteċipanti anzjani għal djalogu bejn ġenerazzjonijiet differenti, fejn jirriflettu dwar it-tamiet, il-biżgħat u l-viżjonijiet li esprimew it-tfal fi programm skolastiku preċedenti. Is-sessjoni tiffoka fuq it-temi tal-bidla, tar-reżiljenza u tat-tamiet għall-ġejjieni, u tħeġġeġ lill-parteċipanti jgħaqqdu l-esperjenzi ta’ ħajjithom mat-tħassib ta’ ġenerazzjonijiet iżgħar.
L-attività ċentrali, Xewqat il-Ġenerazzjonijiet, tistieden lill-parteċipanti joħolqu messaġġi personali, bil-kitba jew bit-tpinġija, fejn jesprimu dak li jixtiequ jaraw fid-dinja u l-pariri jew inkoraġġiment li jixtiequ jagħtu lill-ġenerazzjoni li jmiss. Dawn ix-xewqat jinġabru biex jiffurmaw parti minn wirja dejjem tevolvi fejn se jkunu esebiti wkoll tabelli ta’ protesta mit-tfal. B’hekk jinħoloq spazju fejn ġenerazzjonijiet differenti jirriflettu, jitħaddtu, u jesprimu ruħhom b’mod kreattiv.



