Meditations in Clay
Location and Working Hours
MUŻA – The National Community Art Museum, VallettaMeditations in Clay
Target Audience: General Public
Category: Hands-on workshop
Price: €15
As part of the Malta Biennale 2026, the general public is cordially invited to come get their hands dirty for the event ‘Meditations in Clay’ happening at MUŻA, Valletta.
This activity invites participants to get hands-on with clay, slow down, reconnect with their senses, and let intuition guide their creativity. The session begins with a guided walk through the museum, encouraging participants to notice how different artworks make them feel and what emotions they evoke.
We then move to the workshop space, where we discuss the symbolism of clay—how it can represent grounding, connection, and transformation. Participants are then invited to sculpt while blindfolded, relying on touch and sensation to shape a piece that reflects their inner experience.
The session concludes with a relaxed and supportive group discussion, where participants may choose to share their creations and reflect on the process. This is a space for quiet exploration, self-expression, and gentle connection through art.
Meditazzjoni fit-Tafal
Bħala parti mill-Malta Biennale 2026, il-pubbliku ġenerali hu mistieden jiġi jħammeġ idejh fl-avveniment ‘Meditazzjoni fit-Tafal’ li se jsir f’MUŻA, il-Belt Valletta.
Din l-attività tistieden lill-parteċipanti jdaħħlu jdejhom fit-tafal, jikkalmaw, jerġgħu jsiru konxji tas-sensi tagħhom, u jħallu l-intuwizzjoni tiggwida l-kreattività tagħhom. Is-sessjoni se tibda b’dawra gwidata mal-mużew, fejn il-parteċipanti joqogħdu attenti għal kif ċerti xogħlijiet tal-arti jġegħluhom iħossuhom u x’emozzjonijiet iqanqlu fihom.
Minn hemm immorru fil-post tal-workshop, fejn niddiskutu s-simboliżmu tat-tafal u kif jista’ jirrappreżenta sens ta’ stabbiltà, konnessjoni, u trasformazzjoni. Il-parteċipanti mbagħad se jiġu mistiedna jimmudellaw it-tafal b’għajnejhom mgħottija, fejn jiddependu fuq il-mess u s-sensazzjoni biex joħolqu biċċa xogħol li tirrifletti l-esperjenza interna tagħhom. Is-sessjoni tasal fi tmiemha b’diskussjoni rilassata fejn il-parteċipanti jistgħu jagħżlu li jaqsmu dak li ħolqu mal-oħrajn u jitkellmu dwar il-proċess involut. Dan huwa spazju għal esplorazzjoni fil-kwiet, awtoespressjoni, u konnessjoni ġentili permezz tal-arti.



