Tomato Sepal Liturgy – Collective Prayer
Location and Working Hours
Ġgantija Archaeological Park, Xagħra, GozoTomato Sepal Liturgy – Collective Prayer
Location: Ġgantija Archaeological Park, Xagħra, Gozo
Tomato Sepal Liturgy – Collective Prayer
The work will be a collective action, open to local residents and to all those wishing to participate. It will take the form of a shared prayer, with voices organised around the artist’s book, titled – Liturgy of the Sepals – created for the occasion with Silvana Editoriale. The collective prayer will take the form of an open gathering. A small group of choristers will lead the recitation, while the assembled participants will be able to follow and respond. The prayers will be read from a small trilingual breviary — in Maltese, English, and Italian — which will be offered as a gift to each participant. The participants include Maltese poet Elena Cardona and Maltese visual artist Austin Camilleri.
Attendance to this event requires a valid Heritage Malta ticket of admission. Heritage Malta Members as well as Student and Senior Passport holders enter for free.
Concetta Modica
Concetta Modica (b. 1969) was born in Modica and lives in Milan. Her work focuses on the present and its paradoxes, especially the idea of a contemporary epic, conceived through remnants and relationships with matter and sculpture-related media. Her solo exhibitions include Excoperta at GAMeC, Bergamo, and Trilogia di Orlando. Her project La Notte di Sant’Anna won PAC2021. In 2023 she published 28 notti.
Liturġija tas-Sepali tat-Tadam – Talb Kollettiv
Ix-xogħol se jkun azzjoni kollettiva, miftuħa għar-residenti lokali u għal dawk kollha li jixtiequ jipparteċipaw. Se jieħu l-forma ta’ talba kollettiva, b’vuċijiet organizzati madwar il-ktieb tal-artista bit-titlu – Liturgy of the Sepals – maħluq għal din l-okkażjoni ma’ Silvana Editoriale. It-talb kollettiv se jieħu l-forma ta’ laqgħa miftuħa. Grupp żgħir ta’ koristi se jmexxi r-reċitazzjoni, filwaqt li l-parteċipanti miġbura jkunu jistgħu jsegwu u jwieġbu. It-talb se jinqara minn brevjar żgħir trilingwi — bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan — li se jingħata bħala rigal lil kull parteċipant. Il-parteċipanti jinkludu lill-poetessa Maltija Elena Cardona u lill-artist viżiv Malti Austin Camilleri.
L-attendenza għal dan l-avveniment teħtieġ biljett validu ta’ dħul ta’ Heritage Malta. Membri ta’ Heritage Malta, u dawk li għandhom il-Passaport tal-Istudenti jew il-Passaport tal-Kbar ta’ Heritage Malta, jidħlu bla ħlas.
Concetta Modica
Concetta Modica twieldet fl-1969 f’Modica u tgħix Milan. Ix-xogħol tagħha jiffoka fuq il-preżent u l-paradossi tiegħu, b’mod partikolari fuq l-idea ta’ epika kontemporanja, maħsuba permezz ta’ fdalijiet u relazzjonijiet mal-materja u mal-mezzi marbuta mal-iskultura. Il-wirjiet personali tagħha jinkludu Excoperta fil-GAMeC, Bergamo, u Trilogia di Orlando. Il-proġett tagħha La Notte di Sant’Anna rebaħ il-PAC2021. Fl-2023 ippubblikat 28 notti.



