Young Voices in Museums - Democratising the Museum

Location and Working Hours
24. Jan 3:00pm till 4:30pm

Young Voices in Museums – Democratising the Museum

Target Audience:  Children 8+

Category: Family Activity

Price: €10

 

Buy Tickets

 

As part of the exciting build-up to the Malta Biennale 2026, students aged 8 years and over are invited to join ‘Young Voices in Museums – Democratising the Museum’ a ‘hands on’ workshop on Saturday 24th January 2026, from 3pm to 4.30pm at MUŻA, Malta’s National Community Art Museum in Valletta, home to centuries of creativity and imagination.

This lively session empowers young people to take ownership of museum spaces and see art in a whole new way. We begin with an engaging tour exploring how art can inspire, challenge, communicate, and at times be silenced. Focusing on MUŻA’s modern art section, participants will discover how powerful artworks can be when they are allowed to speak freely.

The second part of the session invites children to share their own museum experiences; what excites them, what they’d change, and what they dream of finding in a modern museum.

Young participants will then explore the galleries, choose an artwork that speaks to them, and reinterpret it through their own artistic voice. During a final sharing circle, they will have the chance to explain their choice and their personal creative twist.

Tickets (each including admission for one accompanying adult) are available at www.heritagemalta.mt/store and from all Heritage Malta museums and sites.

 

 

Ilħna Żgħażagħ fil-Mużewijiet – Id-Demokratizzazzjoni tal-Mużew

Bħala parti mit-tħejjijiet eċċitanti għall-Biennale tal-Arti ta’ Malta 2026, studenti minn tmien snin ’il fuq huma mistiedna jieħdu sehem fl-attività ‘Ilħna Żgħażagħ fil-Mużewijiet – Id-Demokratizzazzjoni tal-Mużew’, workshop prattiku li se jsir is-Sibt, 24 ta’ Jannar 2026, bejn it-3.00pm u l-4.30pm f’MUŻA, il-Mużew Nazzjonali tal-Arti tal-Komunità ta’ Malta fil-Belt Valletta, li jiġbor fih sekli sħaħ ta’ kreattività u immaġinazzjoni.

Din is-sessjoni dinamika twassal lit-tfal biex iħossuhom parti mill-ispazji tal-mużew u jaraw l-arti minn perspettiva ġdida. L-attività tibda b’dawra mal-mużew fejn il-parteċipanti jesploraw kif l-arti tista’ tispira, tisfida, tikkomunika u, xi drabi, anke tiġi msikkta. B’enfasi fuq it-taqsima tal-arti moderna ta’ MUŻA, il-parteċipanti se jiskopru kemm jistgħu jħallu impatt kbir ix-xogħlijiet tal-arti meta jitħallew jesprimu ruħhom b’mod ħieles.

Fit-tieni parti tas-sessjoni, it-tfal se jkunu mistiedna jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fil-mużewijiet: x’jogħġobhom, x’jixtiequ jbiddlu, u x’joħolmu li jsibu f’mużew modern.

Wara, il-parteċipanti se jesploraw il-galleriji tal-arti, jagħżlu xogħol artistiku li jolqothom, u jinterpretawh mill-ġdid permezz tal-vuċi kreattiva tagħhom stess. Fi tmiem l-attività huma se jkollhom l-opportunità li jispjegaw l-għażla tagħhom u t-tifsira tal-interpretazzjoni personali li jkunu ħolqu.

Il-biljetti (li jinkludu d-dħul ta’ adult wieħed għal kull tifel jew tifla) jistgħu jinxtraw minn www.heritagemalta.mt/store u minn kull mużew u sit ta’ Heritage Malta.