Preparations for the third edition of the Malta Biennale — an international contemporary art festival — began in recent weeks with the call for applications for the role of Artistic Director. The call closed on 25 September, attracting a total of 110 applications from 48 different countries, including Malta.
The applicants include internationally renowned curators with extensive experience presenting contemporary art around the world. This figure marks a significant increase on the previous edition of the Malta Biennale, held between March and May of this year, which received 32 applications. Applications have thus risen by approximately 300%.
This strong response speaks to the standing the Malta Biennale has earned since its inception. Over the course of its first two editions, Malta has frequently been singled out by global magazines and newspapers as an ideal destination during the Biennale. With the call now closed, the Malta Biennale Foundation has immediately begun evaluating candidates for the role of Artistic Director. The selection will also determine the Biennale›s theme, which in turn will shape the event›s objectives, the calls for artists, the pavilions, and the associated activities.
The third edition of the Malta Biennale will take place between March and May 2028 at various historic sites and museums managed by Heritage Malta across Malta and Gozo.
Verzjoni bil-Malti
110 Applikanti għar-rwol ta’ Direttur Artistiku tal-Malta Biennale 2028
Fil-ġimgħat li għaddew, bdew it-tħejjijiet għat-tielet edizzjoni tal-Malta Biennale — festival internazzjonali tal-arti kontemporanja — b’sejħa għal Direttur Artistiku. Is-sejħa ngħalqet nhar il-25 ta’ Settembru, u b’kollox daħlu 110 applikazzjonijiet minn 48 pajjiż differenti, fosthom Malta.
Fost l-applikanti hemm kuraturi ta’ fama internazzjonali, b’esperjenza estensiva fil-wiri ta’ arti kontemporanja madwar id-dinja. Dan in-numru ta’ applikanti juri żieda sinifikanti min-numru ta’ applikanti għat-tieni edizzjoni tal-Malta Biennale, li saret bejn Marzu u Mejju ta’ din is-sena. Għal dik is-sejħa kienu applikaw 32 persuna. Għaldaqstant, f’din l-edizzjoni, rajna żieda ta’ madwar 300%.
Dan ir-rispons qawwi jkompli jixhed li l-Malta Biennale, minkejja li għadu fil-bidu tiegħu, diġà rnexxielu jikseb reputazzjoni tajba internazzjonalment. Fl-aħħar żewġ edizzjonijiet, Malta ssemmiet diversi drabi minn rivisti u ġurnali dinjin bħala destinazzjoni ideali fi żmien il-Malta Biennale.
Malli għalqet is-sejħa, il-Fondazzjoni għall-Malta Biennale bdiet mill-ewwel tevalwa l-applikazzjonijiet għar-rwol ta’ Direttur Artistiku. Din l-għażla se tiddetermina wkoll it-tema tal-Biennale, biex imbagħad, abbażi tagħha, joħorġu s-sejħiet internazzjonali għall-artisti, il-padiljuni, u l-attivitajiet abbinati mal-Biennale.
It-tielet edizzjoni tal-Malta Biennale se ssir bejn Marzu u Mejju 2028, f’għadd ta’ siti storiċi u mużewijiet imħarsin minn Heritage Malta madwar Malta u Għawdex.