baħar abjad imsaġar taż-żebbuġ

Under the Patronage of
His Excellency the President of Malta

and

IL-maltabiennale.art 2024 JIĠI FI TMIEMU

Biennale 16

L-edizzjoni inawgurali tal-maltabiennale.art intemmet uffiċjalment fi tmiem il-ġimgħa mill-Eċċellenza tagħha l-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, li tat il-patroċinju tagħha lil dan l-ewwel biennale Malti.

Il-President tar-Repubblika ppreżentata bil-katalgu tal-Biennale

GGTPresidentVisit024

Il-President tar-Repubblika, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, ġiet ippreżentata bil-katalgu uffiċjali tal-maltabiennale.art. Din il-preżentazzjoni saret proprju fil-Park Arkeoloġiku tal-Ġgantija fejn l-Eċċellenza Tagħha l-President ta’ Malta żaret installazzjoni tal-arti kontemporanja parti mill-istess biennale.

Il-President Spiteri Debono żżur il-maltabiennale.art

STV4776

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA VALLETTA, Malta, 3ta’ Mejju 2024Il-President Spiteri Debono żżur il-maltabiennale.art Iġġedded il-patroċinju tal-President L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, żaret il-maltabiennale.art f’Villa Portelli fil-Kalkara, fejn hemm numru ta’ padiljuninazzjonali. Hija kellha l-opportunità tiltaqa’ ma’ uffiċjali minn ambaxxati, artisti, ukuraturi li tellgħu l-padiljuni tagħhom f’Villa Portelli. B’din iż-żjara, il-President Spiteri Debono ġeddet il-patroċinju […]

Esperjenza d-Diversità Kulturali u l-Esplorazzjoni Artistika fil-maltabiennale.art 2024

P1166141

Hemm għadd ta’ avvenimenti u laboratorji eċitanti li qed iseħħu bħala partimill-maltabiennale.art 2024, li permezz tagħhom qed tintwera taħlita vasta ta’ espressjonijiet artistiċi u kulturali. Minn wirjiet li jsaħħruk għal laboratorji interessantiimmens, il-maltabiennale.art jistieden lill-parteċipanti biex jegħrqu f’dinja ta’ kreattività u ispirazzjoni. .

L-aħħar żjara uffiċjali tal-President George Vella kienet għallmaltabiennale.art 2024

DSC 9765

Il-maltabiennale.art kellu l-unur jilqa’ lill-Eċċellenza Tiegħu, Dr George Vella, waqt l-aħħar żjara uffiċjali tiegħu bħala President ta’ Malta. Dr Vella, li ta l-patroċinju tiegħu għal dan il-biennale, żar il-bosta esebizzjonijiet u installazzjonijiet fi ħdan ilPadiljun Prinċipali, li lkoll juru għadd ta’ xogħlijiet vibranti li jirriflettu t-tema ċentrali: “baħar abjad imsaġar taż-żebbuġ.” .