baħar abjad imsaġar taż-żebbuġ

Under the Patronage of
His Excellency the President of Malta

and

Għadd ta’ artisti rinomati internazzjonalment se jkunu qed iżewqu lmaltabiennale.art

Malli jiġi varat il-maltabiennale.art fit-13 ta’ Marzu 2024, se jibda djalogu interessanti bejn l-arti kontemporanja u l-wirt storiku. Dan l-avveniment kulturali tant mistenni, li diġà qed jiġbed lejh attenzjoni internazzjonali, se jiġbor fih uħud mill-aqwa artisti kontemporanji minn madwar id-dinja, li lkoll jaħdmu f’diversi oqsma artistiċi, mill-pitturi u t-tpenġijiet għall-installazzjonijiet, l-iskulturi, il-video, u iktar.