baħar abjad imsaġar taż-żebbuġ

Under the Patronage of
His Excellency the President of Malta

and

Il-President George Vella irrikonoxxa l-preparamenti li qed iseħħu għalmaltabiennale.art 2024

B’inqas minn xahrejn sal-inawgurazzjoni tal-ewwel maltabiennale.art 2024, preparazzjonijiet għall-armar tal-padiljuni qegħdin fis-seħħ. L-artisti parteċipanti qed jirrankaw għall-avveniment u l-antiċipazzjoni għall-avveniment tas-sena, tellgħet lil Malta fost l-ewwel 10 destinazzjonijiet kulturali Ewropej fl-2024, stennija li skont The Guardian, qed togħla fil-komunità kulturali internazzjonali.