baħar abjad imsaġar taż-żebbuġ

Under the Patronage of
His Excellency the President of Malta

and

Il-UNESCO tappoġġja l-maltabiennale.art waqt seminar speċjali għall artisti u l-esperti

Bħalissa, f’Malta hawn numru sostanzjali ta’ artisti li qed jirriċerkaw, iħejju, u jibnu x-xogħlijiet tal-arti tagħhom biex jieħdu sehem bihom fl-ewwel edizzjoni tal-maltabiennale.art, li se tiftaħ il-bibien tagħha għall-pubbliku fit-13 ta’ Marzu 2024, u se tibqa’ miftuħa sal-aħħar ta’ Mejju ta’ din issena. B’kollox se jkunu qed jieħdu sehem mat-80 artist minn 23 pajjiż differenti, u magħhom 20 padiljun nazzjonali u tematiku.