baħar abjad imsaġar taż-żebbuġ

Under the Patronage of
His Excellency the President of Malta

and

Imħuħ żgħażagħ jirriflettu fuq il-memorja u l-identità f’workshop speċjali ta’maltabiennale.art

Meta maltabiennale.art jibda fit-13 ta’ Marzu 2024, se jilqa’ nies minn oqsma differenti biex igawdu sensiela ta’ xogħlijiet tal-arti li jqanqlu l-ħsieb u li se jintwerew f’uħud mis-siti rinomati ta’ wirt madwar Malta u Għawdex. Lil hinn mill-ispettaklu viżiv, maltabiennale.art qed iħeġġeġ lill-viżitaturi biex ikollhom inkontru mal-arti bħala mezz ta’ riflessjoni dwar it-tifsir u l-valur tal-wirt, l-identità kulturali, u l-istorja personali, li jinċitaw mistoqsijiet iktar profondi dwar l-influwenzi li sawru l-preżent tagħna matul bosta sekli.