Għaddejjin ġmielhom it-tħejjijiet għall-ewwel edizzjoni tal-maltabiennale.art 2024 li se ssir bejn Marzu u Mejju tas-sena d-dieħla. F’laqgħa mal-ġurnalisti inkluż ġurnalisti barranin li nġiebu Malta biex jirrapportaw dwar il-maltabiennale.art, fil-Mużew Marittimu fil-Birgu tħabbru liema huma l-pajjiżi li ntgħażlu biex jarmaw il-padiljuni nazzjonali.