baħar abjad imsaġar taż-żebbuġ

Under the Patronage of
His Excellency the President of Malta

and

maltabiennale.art jistimula ideat u kreattività fil-ġenerazzjoni Maltija li jmiss

Hekk kif qed tiżdied l-antiċipazzjoni għal maltabiennale.art, bil-lest għat-tnedija spettakolari tiegħu fit-13 ta’ Marzu, 2024, il-festival riċentement iltaqa’ mal ġenerazzjoni Maltija li jmiss ta’ artisti, storiċi, u ambaxxaturi kulturali permezz ta’ workshop speċjali li huwa maħsub għat-tfal ta’ bejn tmien snin u 12-il sena. Organizzat f’MUŻA, l-avveniment ipprovda opportunità unika għat-tfal biex jimirħu fir-rikkezza kulturali li maltabiennale.art se jġib f’Malta.