baħar abjad imsaġar taż-żebbuġ

Under the Patronage of
His Excellency the President of Malta

and

Mistednin u ġurnalisti minn madwar id-dinja jingħataw l-ewwel togħma tal-maltabiennale.art

Issa li l-ftuħ uffiċjali tal-maltabiennale.art qed joqrob ġmielu, l-ewwel togħma tiegħu ngħatat matul dawra speċjali gwidata mid-Direttriċi Artistika ta’ dan l- avveniment, Sofia Baldi Pighi, u mill-President, Mario Cutajar, li hu wkoll iċ- Chairman ta’ Heritage Malta. Id-dawra gwidata saret fis-siti ewlenin fejn se jkunu għall-wiri x-xogħlijiet tal-maltabiennale.art, u għaliha attendew mistednin Maltin u barranin.