Mistednin u ġurnalisti minn madwar id-dinja jingħataw l-ewwel togħma tal-maltabiennale.art

IMG 4610

Issa li l-ftuħ uffiċjali tal-maltabiennale.art qed joqrob ġmielu, l-ewwel togħma tiegħu ngħatat matul dawra speċjali gwidata mid-Direttriċi Artistika ta’ dan l- avveniment, Sofia Baldi Pighi, u mill-President, Mario Cutajar, li hu wkoll iċ- Chairman ta’ Heritage Malta. Id-dawra gwidata saret fis-siti ewlenin fejn se jkunu għall-wiri x-xogħlijiet tal-maltabiennale.art, u għaliha attendew mistednin Maltin u barranin.

Għadd ta’ artisti rinomati internazzjonalment se jkunu qed iżewqu lmaltabiennale.art

screenshot for presser

Malli jiġi varat il-maltabiennale.art fit-13 ta’ Marzu 2024, se jibda djalogu interessanti bejn l-arti kontemporanja u l-wirt storiku. Dan l-avveniment kulturali tant mistenni, li diġà qed jiġbed lejh attenzjoni internazzjonali, se jiġbor fih uħud mill-aqwa artisti kontemporanji minn madwar id-dinja, li lkoll jaħdmu f’diversi oqsma artistiċi, mill-pitturi u t-tpenġijiet għall-installazzjonijiet, l-iskulturi, il-video, u iktar.

Imħuħ żgħażagħ jirriflettu fuq il-memorja u l-identità f’workshop speċjali ta’maltabiennale.art

PIERRE BALZIA 7829

Meta maltabiennale.art jibda fit-13 ta’ Marzu 2024, se jilqa’ nies minn oqsma differenti biex igawdu sensiela ta’ xogħlijiet tal-arti li jqanqlu l-ħsieb u li se jintwerew f’uħud mis-siti rinomati ta’ wirt madwar Malta u Għawdex. Lil hinn mill-ispettaklu viżiv, maltabiennale.art qed iħeġġeġ lill-viżitaturi biex ikollhom inkontru mal-arti bħala mezz ta’ riflessjoni dwar it-tifsir u l-valur […]